Merħba

“Kelmtejn min ghand il kappillan”

Nagħtukom merħba f’dan is-sit elettroniku tal-parroċċa ta’ Santa Venera.  Il-frażi li tmexxina fis-servizz pastorali tagħna hija sentenza ta’ San Ġorġ Preca, li għex fostna, fir-raħal tagħna, sentenza li għexitha tabilħaqq il-patruna tagħna Santa Venera: BIEX ĠESU’ JKUN MAGĦRUF U MAĦBUB.

Nemmnu li dan is-sit elettroniku huwa mezz ieħor biex nilħqu dan il-għan.  Hija x-xewqa tagħna li min jiġi f’kuntatt mal-parroċċa tagħna isir jaf iktar u jħobb iktar lil Ġesu’, li kien Hu li ħabbna l-ewwel, tant hu hekk, li miet għalina.

Din il-parroċċa hija parroċċa immexxija mill-patrijiet karmelitani, li jservu fiż-żewġ knejjes ta’ Santa Venera, il-Knisja Parrokkjali u l-Knisja l-Qadima.  Tiddejqux  tikkuntatjawna f’dak li jkollkom bżonn u f’dan li nistgħu nkunu t’għajnuna għalikom.

Patri Maurice Abela O.Carm.

Kappillan.