Il-Ħadd 30 ta’ Novembru 2025

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  –  Il-Ħadd 30 ta’ Novembru 2025

  • Nhar it-Tnejn: 
  • Il-Kummissjoni Djakonija ser torganizza żjara fid-Dar tal-Kleru. Nitilqu minn quddiem il-Knisja Parrokkjali fl-9.45 a.m.  Min jixtieq jiġi, jinkiteb fis-sagristija illum.
  • Il-Kummissjoni Liturġija ser torganizza Ċelebrazzjoni Penitenzjali fil-bidu tal-Avvent, fil-Knisja Parrokkjali fis-7.00 p.m. Ikun hawn ukoll il-qrar.  Imexxi ċ-Ċelebrazzjoni Patri Joseph Saliba O.Carm.
  • Nhar it-Tlieta:
  • Fil-quddiesa tast-8.30 a.m. ser isir it-tesserament tal-membri tal-Grupp Kompensatriċi, li jiltaqa’ kull l-ewwel Tlieta tax-Xahar. Dawk li ser jattendu, jinkitbu fis-sagristija illum.
  • Nhar l-Erbgħa: 
  • Fil-Knisja Parrokkjali fil-5.00 p.m. issir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani.
  • Nhar il-Ġimgħa: 
  • Hija l-ewwel Ġimgħa tax-Xahar, jum ta’ devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesu’. Wara l-quddies tat-8.30 a.m. u tas-6.30 p.m. ikun hawn l-adorazzjoni.
  • Nhar is-Sibt: 
  • Mid-9.00 a.m. ‘il quddiem isir it-tberik fi Triq il-Blata l-Kaħla, Triq is-Soll u Triq iż-Żonqor.
  • Fit-7.45 p.m. fil-Knisja Parrokkjali ser ikun hawn Kunċert bis-sehem tas-Saint Venera Choir u diversi korijiet internazzjonali. Kulħadd mistieden. 
  • Nhar il-Ħadd:
  • Lejliet il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Fil-Knisja Parrokkjali fis-6.00 p.m. issir il-Quddiesa ta’ Lejliet l-Immakulata.  Kif tintemm il-quddiesa issir mixja devota mill-Knisja Parrokkjali sa’ quddiem in-niċċa tal-Kunċizzjoni fi Triq il-Kanun fejn issir Ċelebrazzjoni Marjana.  Kulħadd imħeġġeġ jieħu sehem u jġib miegħu fjuri jew xemgħa biex inqegħduhom quddiem in-niċċa tal-Kunċizzjoni.
  • Irtir tal-Avvent
  • It-Terzjarji Karmelitani ser jorganizzaw Irtir tal-Avvent fid-Dar tat-Talb Lunzjata, l-Erbgħa 10 ta’ Diċembru. Imexxi l-irtir Dun Marco Portelli.  Tluq minn quddiem il-Knisja Parrokkjali fid-9.00 a.m.  Min ġej, jinkiteb fis-sagristija mhux aktar tard minn nhar il-Ħadd.

 

Continue reading “Il-Ħadd 30 ta’ Novembru 2025”