
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – Il-Ħadd 11 t’Ottubru 2026

- Illum fil-Parroċċa tagħna nagħmlu l-festa devota tal-Madonna tal-Karmnu:
- Fil-5.30 p.m. isir il-kant tal-għasar;
- Fis-6.00 p.m. l-quddiesa tal-festa immexxija mill-Provinċjal;
- Fis-7.00 p.m. l-purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu, li tgħaddi minn Triq il-Kbira San Ġużepp, Triq San Ġorġ, Triq il-Kanun, Triq il-Parroċċa, Triq il-Brunżar, Triq l-Inkwina, Triq Emmanuel Attard, Triq Ħal-Qormi u Triq il-Kbira San Ġużepp. Il-purċissjoni tintemm bil-Barka Sagramentali fuq iz-zuntier.
- Nhar it-Tnejn fis-7.15 p.m. tiltaqa’ l-Kummissjoni Familja.
- Nhar il-Ħadd hija l-Ġurnata Missjunarja:
- Il-ġabra tkun għall-Missjoni
- Fil-quddiesa tad-9.00 a.m. ikun amministrat is-sagrament tal-magħmudija
- Fil-quddiesa tal-11.30 a.m. isiru r-riti tal-katekumeni lil żagħżugħ li ser jirċievi l-magħmudija fil-Vġili tal-Għid.
- Il-booking għall-intenzjonijiet tal-quddies għas-sena 2027 huwa miftuħ:
- It-Tnejn u l-Ħamis, fis-sagristija mit-8.00 a.m. sat-8.30 a.m.
- L-Erbgħa u l-Ġimgħa, fl-Uffiċċju Parrokkjali mill-4.30 p.m. sal-5.30 p.m.
- Il-booking jagħlaq il-Ġimgħa 23 t’Ottubru.
- B’niket inħabbru l-mewt ta’ France Abela (missier il-Kappillan). Il-funeral ser isir nhar it-Tnejn fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura, fis-2.00 p.m. Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
