
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – Il-Ħadd 9 t’Awwissu 2026
- Nhar is-Sibt hija l-festa ta’ Santa Marija, Patruna tal-Gżejjer Maltin. Dakinhar hija festa kmandata. Il-ħin tal-quddies ikun: fis-7.00 a.m., fit-8.00 a.m., fid-9.00 a.m. u fis-6.00 p.m.
- Nhar il-Ġimgħa l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.
- Il-Ħamis 20 t’Awwissu filgħaxija, it-Terzjarji Karmelitani ser jorganizzaw ħarġa għal Għawdex. Booking mingħand Isabelle Duncan jew Josette Zerafa.
- Fil-jiem li ġejjin, sitt abbatini tal-Parroċċa tagħna ser ikunu qed jagħmlu servizz fi-Bażilka ta’ San Pietru fil-Vatikan. Nawguraw lilhom u lil sħabhom kollha esperjenza sabiħa.
- Nawguraw il-festa t-tajba lill-Parroċċa ġirien tagħna, ta’ San Gejtanu tal-Ħamrun.
