
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA – Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2026
- It-Tnejn jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
- It-Tlieta, fil-Knisja Parrokkjali, fit-8.30 a.m. ser issir quddiesa għall-anzjani fl-okkażjoni ta’ Santa Venera ta’ Novembru. Wara jkun hemm attivita’ fil-Miriam Hall organizzata mill-Kunsill Lokali.
- Nhar is-Sibt, mid-9.00 a.m. ‘il quddiem isir it-tberik fi Triq il-Karmelitani, Triq Salvu Gullaimier, Triq Ċikku Portanier, Triq iż-Żonqor, Triq Vivion, Misraħ il-Kebbies, Triq il-Fanali u Triq il-Ħarrub.
- Nhar is-Sibt niċċelebraw Jum it-Tifkira tat-Transulazzjoni tar-Relikwi tal-Patruna tagħna Santa Venera u Jum ir-Raħal tagħna. Fis-6.00 p.m. issir Quddiesa Konċelebrata fil-Knisja l-Qadima. Wara l-quddiesa ssir attivita’ f’Misraħ Santa Venera organizzata mill-Kunsill Lokali. Nhar is-Sibt il-quddiesa tas-6.30 p.m. fil-Knisja Parrokkjali ma ssirx.
- Nhar il-Ħadd, fil-quddiesa tad-9.00 a.m. jkun amministrat is-sagrament tal-magħmudija.
- Nhar il-Ħadd, fis-6.00 p.m. issir il-quddiesa tal-festa ta’ San Tarċisju, il-patrun tal-abbatini. Waqt il-quddiesa jingħata l-Ministeru tat-Tqarbin.
