Il-Ħadd 8 ta’ Marzu 2026

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA  –  Il-Ħadd 8 ta’ Marzu 2026 

  • Nhar it-Tnejn: 
  • Il-Kummissjoni Djakonija ser tagħmel żjara lill-anzjani residenti f’Dar Portiuncola, Baħar iċ-Ċagħak. Tluq minn quddiem il-knisja fid-9.30 a.m.  Min jixtieq jiġi, jinkiteb fis-sagristija.
  • Fil-4.45 p.m. issir l-ewwel qrara għat-tfal li jattendu l-Museum Bniet fil-Museum stess.
  • Fis-7.00 p.m., ser ikollna ċelebrazzjoni penitenzjali immexxija mill-Kummissjoni Liturġija, fejn ikun hawn ukoll is-sagrament tal-qrar. Ser ikollna magħna lil Patri Damian Cachia O.Carm.
  • Nhar l-Erbgħa: 
  • It-Terzjarji Karmelitani ser jorganizzaw Irtir tar-Randan fid-Dar tat-Talb Lunzjata, ir-Rabat. Tluq minn quddiem il-knisja fid-9.00 a.m.  Imexxi l-irtir Patri Joseph Buttigieg OFM Cap.
  • Nhar il-Ħamis: 
  • Il-quddiesa tat-8.30 a.m. tibda fit-8.00 a.m. 
  • Nhar il-Ġimgħa: 
  • Il-Festa Devota tar-Redentur:
  • Fis-6.00 p.m. isir mument ta’ talb u meditazzjoni immexxi mill-abbatini dwar ir-raba’ misteru tat-tbatija.
  • Fis-6.30 p.m. il quddiesa tal-festa tar-Redentur.
  • Fis-7.00 p.m. toħroġ il-purċissjoni bil-vara tar-Redentur li tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq il-Kbira San Ġużepp, Triq l-Imsida, Triq Romeo Romano, Triq Adelaide Cini, Triq il-Markiż John Scicluna, Triq l-Imsida, Triq Misraħ il-Barrieri, Misraħ Santa Venera u tidħol fil-Knisja l-Qadima.
  • Nhar is-Sibt:
  • Mid-9.00 a.m. ‘il quddiem isir it-tberik fi Triq Emmanuel Attard u Triq il-Parata.
  • Fit-3.00 p.m. ser issir attività edukattiva għat-tfal bejn it-8 u l-10 snin u l-familji tagħhom, bl-isem ‘Wallpaper li jiġbed l-għajn’ ġewwa l-Aġenzija Żgħażagħ. Tinkludi storja animata għat-tfal u l-familji tagħhom biex jikbru spiritwalment u fil-kitba kreattiva. Għal aktar informazzjoni u biex tirreġistra żur is-sit sds.mt
  • Il-quddiesa tas-6.30 p.m. tkun bis-sehem tal-Mixja Neokatekumenali.
  • Nhar il-Ħadd: 
  • Il-quddiesa tas-6.00 p.m. tkun is-sehem tat-tfal u l-familji.
  • Proġetti Knisja Parrokkjali: 
  • Bi pjaċir inħabbru, li l-ispiża tal-proġett tal-blinds tal-Knisja Parrokkjali hija miġbura kollha.  Nirringrazzjawkom ħafna.

Continue reading “Il-Ħadd 8 ta’ Marzu 2026”