Grupp Familji Nsara

Il-Grupp Familji Nsara hija fergħa ewlenija tal-koppji miżżewġa tal-Moviment ta’ Kana.   Imħeġġin minn Patri Manwel Gatt O.Carm, is-sinjuri Joe u Tessie Grech waqqfu Grupp f’Santa Venera fl-20 ta’ Gunju 1972.   Mill-1979 Patri Robert Farrugia O.Carm. ilu chaplain tal-Grupp li l-lum huwa mmexxi minn Mario u Evelyn Farrugia.

L-għanijiet tal-Gruppi Familji Nsara huma li:

  • Jiffurmaw koppji miżżewġin biex jgħixu l-ispirtu tal-Vanġelu fil-ħajja miżżewġa tagħhom;
  • Jiffurmaw komunità ta’ koppji miżżewġa biex:
  • Jgħinu lil xulxin fil-ħajja tagħhom;
  • Jagħtu xiehda bl-appostolat lil miżżewġin oħra;
  • Iwettqu ħidma fil-parroċċi jew entitajiet oħra parrokkjali b’kordinament ma’ friegħi oħra tal-Moviment ta’ KANA;
  • Iwettqu ħidma fuq bażi nazzjonali kemm bħala fergħa tal-Moviment ta’       KANA, kif ukoll ma’ għaqdiet u movimenti oħra.

Il-Grupp jiltaqa’ kull l-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fil-Kripta fis-7.30 pm fejn tkun iċċelebrata quddiesa u wara issir diskussjoni fuq katina ta’ SKEMI ippreparata mill-Kumitat Ċentrali.

Kull tielet ġimgħa tax-xahar il-Grupp jiltaqa’ fil-Kappella tal-Adorazzjoni Perpetwa fiċ-Ċentru Parrokkjali fis-7.30 pm fejn tinżamm siegħa adorazzjoni.

Tel: 21443895 / 21577606                              email: mlugia@maltanet.net

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *