Il-Mixja Neokatekumenali jew Neokatekumenat hija Katekumenat Post-Batteżimali, ċioe proċess ta’ inizjazzjoni Kristjana fi ħdan il-Knisja Kattolika illi hija iddedikata għall-formazzjoni ta’ fidi adulta. Hija inbdiet mill-pittur Spanjol Kiko Arguello fil-bidu tas-sittinijiet u intlaqgħet bl-approvazzjoni tal-Kurja Rumana. Tul dawn l-aħħar tletin sena hija għenet biex jiffurmaw iżjed minn 73 Seminarju Missjunarju Djoċeżan madwar id-dinja. F’Ġunju tal-2002, is-Santa Sede approvat l-Istatuti tal-Mixja Neokatekumenali “ad experimentum” filwaqt li ‘l-Knisja Kattolika tat l-approvazzjoni finali tagħha f’Ġunju tal-2008 fejn il-Mixja Neokatekumenali ġiet iddikjarata “Personae Giuridca Publica”, jiġifieri f’dak kollu illi tagħmel il-Mixja Neokatekumenali, qiegħda tiġi irrapreżentata il-Knisja Kattolika. Il-Mixja Neokatekumenali hija preżenti f’disa mitt (900) djoċeżi.