Storja tal-Knisja l-Qadima

Il-knisja l-antika ta’ Sta. Venera nbniet fl-1688 u l-Patrijiet Karmelitani aċċettaw li jieħdu din il-knisja u l-kunvent fit-12 ta’ Diċembru 1912 wara ħidma kbira minn Dun Xand Cortis, li kien tant jaħdem għall-ġid tal-Vendriżi.

Sena wara li daħlu l-patrijiet, fil-11 ta’ Marzu 1931, b’digriet ta’ Mons. Pietru Pawl Pace, Isqof ta’ Malta, Sta Venera saret viċi parroċċa. Ħames snin wara, fl-4 ta’ Settembru 1918 kienet maħtura parroċċa.

Minħabba li l-popolazzjoni baqgħet dejjem  tiżdied, il-patrijiet ħassew il-ħtieġa li jibnu knisja oħra f’post aktar ċentrali, fi Triq San Ġużepp. Fit-3 ta’ Dicembru 1989 il-knisja l-ġdida saret il-knisja parrokkjali u fis-6 ta’ Ottubru 1990 tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida. Il-Knisja Parrokkjali l-ġdida ġiet inawgurata u mbierka minn Mons Ġużeppi Mercieca, Arċisqof ta’ Malta, nhar is-17 ta’ Lulju 2005.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *