Il-komunità ta’ Sta. Venera rat il-parroċċa tikber u bdiet taħseb kif se taqdi lin-nies ta’ fuq in-naħa ta’ Triq Rjali. Il-Providenza riedet li l-aħwa Apap ħallew lill-komunità ta’ Sta. Venera l-post magħruf bħala ‘Chateau Lonz’. Dan iċ-ċentru serva għal diversi ħidmiet ta’ appostolat, fosthom għal kappella li nfetħet fis-sena 1948. Maż-żmien il-patrijiet Karmelitani akkwistaw biċċa art quddiem l-Istitut ta’ Apap. Fl-4 ta’ Jannar 1956 sar il-kuntratt u immedjetament beda x-xogħol għal knisja ġdida.
Il-Kripta tal-knisja l-ġdida, li ħadet post il-kappella tax-Chateau Lonz, ġiet miftuħa u mbierka fid-19 ta’ Marzu 1969. Fl-1980, għall-kumdita tan-nies u ta’ l-istess patrijiet, twaqqfet komunità indipendenti min dik tal-knisja l-qadima.
Il-knisja l-ġdida fuq il-kripta kienet inawgurata fis-17 ta’ Lulju 2005.
FRATELLANZA:
Sagrament
GRUPPI PARROKKJALI:
Abbatini
Grupp Adolexxenti (13+)
Grupp Żgħażagħ (18+)
Kor Parrokkjali
PELLEGRINAĠĠ:
Madonna tal-Karmnu f’Ottubru
PURĊISSJONIJIET:
Santa Venera
Duluri
Corpus Christi